About

“John Pace the artist | the gilder | the restorer”

John Pace huwa nduratur Żejtuni mwieled fl-1951. Sa minn età żgħira wera l-interess tiegħu fl-arti u l-artiġjanat. Fil-fatt, ta’ 18-il sena daħal fl-Iskola tal-Arti fil-Polytechnic, l-Imsida għal kors fuq id-disinn. Hawn, taħt id-direzzjoni tal-pitturi lokali magħrufa Antoine Camilleri, Ċensu Apap u Harry Olden, tgħallem it-teknika tad-disinn u l-elementi tat-tpinġija artistika. Tgħallem ukoll id-disinn fit-tafal u l-mudellatura mal-iskultur Marco Montebello. It-taħriġ fid-disinn komplieh mal-artist Żejtuni Tusè Busuttil.

Flimkien mad-dekoratur Johnny Pace ta’ Ħal Tarxien għamel xogħol ta’ dekorazzjoni, restawr, irħamar u nduratura fil-każin tal-banda ta’ Santa Marija tal-Imqabba u fl-armar tal-festa ta’ Santa Marija tal-istess raħal, ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq u ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Xogħol ieħor fuq l-armar tal-festi għamlu f’diversi parroċċi f’Malta u Għawdex, partikolarment fiż-Żejtun (fejn kien membru wkoll tal-għaqda tal-armar tar-raħal), l-Isla, il-Qrendi, Ħad-Dingli, Ħal Safi u l-Imsida. F’Għawdex ħadem għall-festa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat.

Għamel ukoll disinji, cartoons u sinjali ta’ tabelli tal-vannijiet tal-ikel u tal-ġelati.  Indura wkoll disinji ta’ tabelli tal-ħwienet u ta’ kitba fuq il-karozzi tal-linja, dgħajjes u jottijiet.

Maż-żmien beda juri aktar interess fis-sengħa tal-induratura. Flimkien mal-induratur Żabbari Charlie Schembri tgħallem it-teknika tal-induratura bil-murdent u tal-induratura bl-ilma. Tħarreġ ukoll fuq ir-restawr tal-induratura tal-għamara u fuq l-induratura tal-arloġġi ta’ Malta, magħrufa bħala ‘tal-lira’.

F’Settembru 1993 attenda kors fuq ir-restawr u l-induratura fil-ħanut tax-xogħol ta’ nduratur Franċiż, fi Franza. Matul is-sentejn ta’ wara attenda żewġ korsijiet tal-induratura (intermedju u avvanzat) fl-Ingilterra. Fl-2005 attenda kors ieħor fuq it-teorija u l-prattika tar-restawr f’Firenze, l-Italja. Fl-2012 attenda wkoll għal kors fuq l-iscagliola f’Modena, l-Italja.

John kellu sehem importanti ħafna fil-proġetti ta’ restawr tal-knejjes ewlenin tal-Belt li saru mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta  fid-disgħinijiet. Fil-fatt hu rrestawra l-induratura u ndura l-knejjes Tal-Pilar, San Ġakbu, Ta’ Liesse u Ta’ Ġieżu. Fil-Belt ukoll indura l-knisja tal-Agostinjani ta’ Santu Wistin.

Xogħol ieħor tiegħu ta’ nduratura qiegħed fil-knejjes parrokkjali ta’ Marsaxlokk, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid (Kristu Re) u Ħal Luqa, fost oħrajn.

Hu ħadem ukoll xogħlijiet mal-pitturi Rafel Bonnici Calì, Frank Portelli, Aldo Micallef-Grimaud, Pawlu Camilleri Cauchi u Twanny Spagnol.

John Pace huwa rreġistrat mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat u hu l-ewwel induratur Malti membru tas-Soċjetà Internazzjonali tal-Induraturi.

Tista’ tara l-fuljett tiegħi minn hawn.

————
John Pace is a Maltese gilder born in 1951. Since childhood he showed interest in art and crafts. In fact, at the age of 18 he took a course in design at the School of Art, at the Polytechnic in Msida. Here, under the direction of the Maltese renowned painters Antoine Camilleri, Ċensu Apap and Harry Olden, he learned the techniques of design and the elements of artistic painting. He learned as well clay modelling and sculpture under the direction of Marco Montebello. He then continued his studies in design with the Żejtun artist Tusè Busuttil.

Together with the decorator Johnny Pace of Ħal Tarxien he did decoration, restoration, marbling and gilding works for the band club of St Mary in Mqabba and on the feast decorations of the same village, for the feast of St Mary in Ħal Għaxaq and St Lawrence in Birgu (Vittoriosa). He worked as well on feasts’ decorations for various parishes in Malta and Gozo, particularly in Żejtun (where he was also a member of the village feast decorations group), Isla, Qrendi, Ħad-Dingli, Ħal Safi and Msida. He worked as well for the feast of St George in Rabat (Victoria).

He did as well designs, cartoons and signwriting on food and ice-cream vans. He gilded also signs for shops, public transport buses, boats and yachts.

As time went by he showed more interest in gilding. Together with the gilder Charlie Schembri from Ħaż-Żabbar he learned the techniques of oil and water gilding and trained himself as well in restoration of gilding on furniture and in gilding of traditional Maltese Clocks, known as ‘tal-lira’.

In September 1993 he attended a course in restoration and gilding in the gilding workshop of a French gilder in France. During the following two years he attended two courses in gilding (intermediate and advanced) in the UK. In 2005 he attended another course in the theory and practice of restoration in Firenze, Italy. In 2012 he took a course at Modena, Italy, in scagliola.

John had a significant role in the restoration projects of the main churches of Valletta (the capital city of Malta) carried out by the Valletta Rehabilitation Project in the 1990s. In fact, he restored the gilded mouldings and decorations inside the churches of Our Lady of Tal-Pilar, St James, Ta’ Liesse and Ta’ Ġieżu (the church of the Crucifix). In Valletta he did gilding works as well in the Augustinian church of St Augustine.

Other gilding works by John Pace can be found at the parish churches of Marsaxlokk, Żurrieq, Paola (Christ the King church) and Ħal Luqa, among others.

He worked as well with the Maltese painters Rafel Bonnici Calì, Frank Portelli, Aldo Micallef-Grimaud, Pawlu Camilleri Cauchi and Twanny Spagnol.

John Pace is registered with the Malta Crafts Council and is the first Maltese gilder member of the international Society of Gilders.

You can have a look at my flyer from here.